Il-Poezija ta' Joseph Agius

Il-Garigor (The Pie in the Sky)

Twelidt..........

Bilkemm kont gbidt l-ewwel nifs, l-ewwel ilfieq....
Ghajnejja mteddu fuq garigor bla qies
Tiela 'l fuq, idur il fuq lejn is-smewwiet.

"Is-sema ghalfejn blu, ghalfejn dak il-kulur",
Xi hadd sefsifli; "Iblah b'halqek miftuh,
Iskot.
Isma',
Kemm hi sabiha
L-ghanja tal-kwiekeb, in-nenna tal-mistur".

Hosbien meddejt riglejja t-tnejn, bezghan mix-xquq
Wada, tnejn ... tlieta .... m'hemmx li nasal hemm fuq;
Ma, ommi ma, x'biza', kien ghoddni nsejt
Jekk nhares lura naqa' bid-dawra mejt,
Ftit iehor fadal biex nizfnu lkoll flimkien
Mal-kwiekeb fis-sema, mal-qamar lubien.

F'nofs il-lejl,
Mat-tokki,
Taht qamar lubien
Wahdi Wahdi x'imkien
Wiehed tnejn tlieta erbgha hamest turgien ....

Qed nghejja, naqta' n-nifs, nohlom b'katavri,
Mard, kwiekeb jaqghu u hlejjaq makabri;
Shab
Rih qawwi
Sem' iswed
Dlam cappa
Ir-rghad ikarwat
Bhad-daqqiet tas-swat.

Ghasafar ghannuli
Kwiekeb idduli

Ghalfejn hemm fuq qed nilmah cimiterju?
F'tarf il-garigor, hu dan is-siparju?

F'nofs il-lejl,
Mat-tokki,
Taht qamar lubien
Wahdi wahdi x'imkien
Wiehed tnejn tlieta erbgha hamest turgien ....

Il-Muzbieh

Il-muzbieh ghadu jnemnem ghalkemm rih jonfoh
Bil-qilla mrewha fid-dlam ta' hitan gholja;
Sakemm ma nafx, ghax iz-zejt imhallat bl-ilma
U r-riefnu jzid misqi kurrenti li jirfduh.

Sakemm in-nar bati jitlieheb mal-fatati
U jien nitnieghes fin-nghasa helwa fejn il-boghod
Tac-cimiterji ikantali l-ghad baqghalek,
Sakemm iz-zejt jitla' f'wicc l-ilma u jifgghani.....

Immira

Nitolbok la ssejahlix izjed ghax jekk
Lehnek jerga' jmelles lil widnejja naf
Li ninfaqa' nolfoq bhal tarbija ghax
Meta niftakar li bejni u bejnek
Hemm bahar jaqsam u l-pont iggarraf
Inkun nixtieq inserrah rasi tahraq
F'hogor ommi u d-demghat shan li jgelbnu
Minn xfar ghajnejja nimsaghhom mal-fardal.

Immira (II)

Minn meta f'hajti rfist bla hoss u lehnek
Dewa mal-ilmenti, jien qatt iktar ma
Hlomt il-hlewwa tal-pitghada ghax meta
Fuq l-imhadda rasi nserrah u l-velu
Helu ta' nghasi jifrex is-subkonxju
Bic-cpar umdu tal-jista' jkun darb' ohra:

L-ucuh fantazmi li hfief jimirhu fuq
Il-palk ta' Morpheus jinbidlu hesrem
F'wiccek b'halq berah ihanxar il-priza
Sagrimentali fuq l-artal ta' Eros!

In-Nannu Mi

Tlieta konna, naqtghu is-silla u l-hafur
Go ghelieqi li kienu jidhru minghajr tmiem
Taht sema blu li jilma' fl-ghadajjar zghar
Bejn xtieli tan-narciz mal-bidu ta' Jannar.

Gerrbu s-snin u l-abjad nebah l-ahhar tieghu
Ghax razztu xejhitu qabel iz-zmien; flimkien
Bkejnieh ghax wahedna fl-ghelieqi nfridna,
Miskin kien ghoddu ghoddu ghalaq l-ghaxar snin.

Fis it-tnejn li bqajna hallejna lil xulxin
Ghax jien ma fhimtx aktar dak l-ilsien imbieghed
Li lix-xjuh u t-tfal jghaqqad flimkien; go merghat
Jilmghu fittixt u warrabtek ma genb it-triq.

Issa li wahdi sfajt wara li l-irhama
Tac-cimiterju sabbtet bieb it-tmiem, stembaht
Mill-loppju taz-zghozija u nghir ghal lehnek,
Ghall-gost meta konna mmorru naqtghu n-narciz.